Kejk tal-Milied

2014-09-10
  • Prep Time : 0m
  • Cook Time : 0m
  • Ready In : 0m

Ingredjenti

  • 300g dqiq
  • 250g marġerina
  • 200g zokkor ismar
  • 200g sultana
  • 200g passolina
  • 200g żbib
  • 100g konfettura mqatta’
  • 100g ċirasa mqatta’
  • 100g lewż mqatta’
  • Sitt bajdiet
  • Tlett imgħaref brandy
  • Mgħarfa għasel iswed
  • Kuċċarina kannella
  • Kuċċarina spice imħallat
  • Qoxra maħkuka ta’ lumija
  • Niskata melħ
  • Ponta ta’ kuċċarina bikarbonat tas-soda

Ingredjenti

Step 1

Għarbel id-dqiq u ħawwad il-kannella miegħu, l-ispice imħallat, il-melħ u l-bikarbonat tas-soda.

Step 2

Separatament, ħallat flimkien is-sultana, passolina, żbib, konfettura , ċirasa, lewż u l-qoxra tal-lumija.

Step 3

Ġo skutella ħabbat il-bajd mal-brandy.

Step 4

Ħawwad sew il-marġerina f’mixer, iz-zokkor u l-għasel sakemm it-taħlita ssir krema u ftit ftit, żid magħha it-taħlita tal-frott u ibqa’ ħawwad kollox flimkien.

Step 5

Dellek it-tilar tal-kejk bil-marġerina. Iksi l-qiegħ u d-dawra ta’ ġewwa bil-karti strazzi midluka bil-marġerina wkoll. Ixhet it-taħlita tal-kejk fit-tilar.

Step 6

Daħħal fil-forn fuq temperatura moderata u aħmi għal sagħtejn.  Kif tara li l-kejk sar, oħorgu mill-forn u ħallih jibred. Żejjen il-kejk kif jiksaħ.

Recipe Type:
Average Member Rating

(4.5 / 5)

4.5 5 4
Rate this recipe

4 people rated this recipe

Related Recipes:
  • Kejk Savarin

    Kejk Savarin

  • Figolla ta' l-Għid

    Figolla ta’ l-Għid (faċli)

  • Qagħaq tal-Ħmira

    Qagħaq tal-Ħmira

  • Log tal-Milied

    Christmas Log

  • Torta tal-Lewż

    Torta tal-Lewż

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *