Figolla tal-Għid (Faċli)

Figolla ta' l-Għid

Figolla ta' l-Għid

Għandek bżonn:

Għall-għaġina tal-ħelu: -

Kilo dqiq self-raising
300g marġerina
4 bajdiet
qoxra maħkuka ta’ lumija
225g zokkor
ftit essenza tal-vanilla

 

Għall-mili:-

500g lewż mitħun
400g zokkor
2 abjad tal-bajd
ftit essenza tal-lewż
qoxra maħkuka ta’ lumija
meraq ta’ lumija

Metodu:

Għaġina:

  1. Ħallat id-dqiq u l-marġerina flimkien, sakemm it-taħlita tigi qisha frak tal-hobż
  2. Żid iz-zokkor u l-qoxra tal-lumija
  3. Ħabbat il-bajd u żidhom mat-taħlita
  4. Żid l-essenza tal-vanilla u ħawwad sakemm ikollok għaġina ftit iebsa. Jekk ikun hemm bżonn żid ftit ħalib
  5. Għamel l-għaġina f’ballun u ħalliha toqgħod għal xi nofs siegħa. Jekk trid tista’ tlesti l-għaġina il-ġurnata ta’ qabel u tħalliha fil-friġġ

 

Mili:

  1. Ħallat flimkien il-lewż mitħun u z-zokkor
  2. Ħabbat tajjeb l-abjad tal-bajd u żidu magħhom
  3. Itfa’ l-essenza tal-lewż u jekk ikun hemm bżonn żid ftit ilma. B’hekk, trattab it-taħlita
  4. Lesti l-forom tal-figolli u iftaħ l-għaġina u aqta’ żewġ figuri ta’ l-għaġina bl-istess forma
  5. Idlek in-naħa ta’ ġewwa tal-pjanċa bil-marġerina
  6. Poġġi waħda mill-qatgħat ta’ l-għaġina u iksieha bit-taħlita tal-mili
  7. Imbagħad poġġi t-tieni figura tal-għaġina fuqha u qis li tagħlaq sewwa minn kullimkien biex ma joħroġx il-mili
  8. Aħmi l-figolli ġo forn moderat għal xi nofs siegħa

Leave a Reply

Name and Email Address are required fields. Your email will not be published or shared with third parties.

*